Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Emram vs UASI
(Kawża C-354/11 P)
“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva G — Trade marks figurattivi preċedenti G — Oppożizzjoni mill-proprjetarju — Grad ta’ xebh — Probabbiltà ta’ konfużjoni”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti — Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 44)
2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 48)
3. Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Legalità — Eżami mill-qorti Komunitarja — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94) (ara l-punt 92)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2011, Emram vs UASI (T‑187/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Emram — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Żnaturament tal-provi — Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy