Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Power-One Italy vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-372/11 P)
“Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju ‘LIFE’ — Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fit-telefonija mobbli (proġett ‘Pneuma’) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm proġett u li jiġi rkuprat il-ħlas magħmul bil-quddiem — Kumpens għad-dannu allegatament subit”
1. Appell — Aggravji — Digriet tal-Qorti Ġenerali li jkun rikors għal annullament bħala manifestament inammissibbli — Aggravji invokati insostenn tal-appell li jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ mertu — Aggravji manifestament infondati (Artikolu 256 TFUE) (ara l-punti 29-38, 47-49)
2. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Digriet tal-Qorti Ġenerali li jkun ċaħad rikors għal annullament bħala manifestament inammissibbli — Digriet debitament motivat — Aggravju infondat (Artikolu 256 TFUE) (ara l-punti 40-42)
3. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà —Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi —Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 56-58)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011, Power-One Italy vs Il-Kummissjoni (T-489/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), intiż għall-kofinanzjament tal-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għall-użu fit-telefonija mobbli — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy