Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 – Longevity Health Products vs UASI
(Kawża C‑378/11 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa tal-appell fit-terminu stabbilit – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala li ma ġiex ippreżentat”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 18)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011, Longevity Health Products vs UASI - Biofarma VITACHRON (male) (T‑95/11), li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “VITACHRON male”, għal prodotti u servizzi fost oħrajn fil-klassi 5, kontra d-Deċiżjoni R 1357/2010‑4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, li tiddikjara li l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark bħala parti mill-oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “VITATHION” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, jitqies li ma sarx, sa fejn it-taxxa tal-appell ma tkunx tħallset fit-terminu.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Longevity Health Products Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy