Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-404/11 P)
“Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-klorat tas-sodju — Kunċett ta’ ‘impriża’ — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Portata ta’ din il-preżunzjoni — Provi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni — Multa personali — Ġurisdizzjoni sħiħa”
1. Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 15, 29, 64, 76, 78, 82)
2. Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni -Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 23, 26, 28, 31, 36, 45-47, 57)
3. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 113(2)) (ara l-punti 33, 64, 72)
4. Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva tal-multa — Neċessità li jiġi ffissat ammont superjuri għall-benefiċċju miksub mill-ksur u li tittieħed inkunsiderazzjoni s-setgħa tal-impriża (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 30) (ara l-punt 86)
5. Appell — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża — Esklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punt 90)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Mejju 2011, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-299/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-Sodju) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Illegalità tal-multa personali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy