Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 — Atlas Transport vs UASI
(Kawża C‑406/11 P)
“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ammissibbiltà quddiem il-Bord tal-Appell — Assenza ta’ preżentata ta’ nota li tispjega l-motivi tar-rikors — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 59 — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 49(1) — Sospensjoni tal-proċedura — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 20(7)(c) — Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat”
1. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 31, 32)
2. Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appell — Terminu u forma tar-rikors — Preżentazzjoni fit-termini ta’ nota li tispjega l-motivi — Kundizzjoni għall-ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 59; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 49(1)) (ara l-punt 46)
Suġġett
Appell mis-sentenza fil-Kawża T‑145/08, Atlas Transport GmbH vs UASI tal- Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ATLAS Air Inc. u Atlas Transport GmbH — Interpretazzjoni tal-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) kif ukoll tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189) — Kundizzjonijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni pendenti quddiem il-qorti nazzjonali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Atlas Transport GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy