Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-407/11 P)
“Appell — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran — Inklużjoni fil-lista tas-sit “Estrecho Oriental” propost mir-Renju ta’ Spanja li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Brittaniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ —Rikors għal annullament — Talba għal annullament parzjali — Separabbiltà — Drittijiet tad-difiża”
1. Appell — Aggravji — Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati — Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punt 19)
2. Rikors għal annullament — Suġġett — Annullament parzjali — Kundizzjoni — Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati — Dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi ż-żona ta’ sit ta’ importanza Komunitarja — Annullament li jwassal għal bidla fis-sustanza tad-deċiżjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95) (ara l-punti 29, 35, 42)
3. Proċedura — Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà kif ukoll li tagħti lill-partijiet il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fuq it-tweġibiet relatati mal-kwistjoni tal-inammissibbiltà — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 113 u 114(3) u (4)) (ara l-punt 45)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-24 ta’ Mejju 2011, Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni (T-176/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran [notifikata bid-dokument numru C(2008) 8049], sa fejn din iżżid mal-lista sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), propost minn Spanja, li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Brittaniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Government of Gibraltar huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy