Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 – Altner vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑411/11 P)
“Appell – Rikors għal annullament – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà manifesta – Dritt għal qorti imparzjali”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Esklużjoni (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 8)
2. Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Drittijiet fundamentali - Rispett iggarantit mill-Qorti tal-Ġustizzja - Teħid inkunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem - Dritt għal smigħ xieraq - Portata (Artikolu 6(3) TUE) (ara l-punti 13-15)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011 - Altner vs Il‑Kummissjoni (T‑190/11), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors tal-appellant intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Novembru 2010, li tarkivja l-ilment tal-appellant intiż sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlazzjoni Ċeka dwar il-protezzjoni ġudizzjarja tad-dritt tal-vot u, min-naħa l-oħra, għall-preżentata ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tar-rifjut ta’ azzjoni li jirriżulta minn din id-deċiżjoni - Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq marbut man-nuqqas ta’ imparzjalità tal-President tal-kulleġġ ġudikanti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Z. Altner għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy