Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta' Marzu 2012 — Smanor vs Il-Kummissjoni u L-Ombudsman Ewropew
(Kawża C‑474/11 P)
“Appell — Artikolu 119 tar-Regolament tal-Proċedura — Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-yoghurts tal-friża — Nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu — Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Rikors għad-danni — Inammissibbiltà manifesta”
Appell — Aggravji — Assenza ta' identifikazzjoni tal-iżball ta' liġi invokat — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 112(1)(c), u 119) (ara l-punti 9-12)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Lulju 2011 — Smanor vs Il-Kummissjoni u L-Ombudsman Ewropew (T‑185/11) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti intiż, minn naħa, sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tibda proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Franċiża u min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Smanor SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy