Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 –Boncea et vs Statul român
(Kawżi magħquda C‑483/11 u C-484/11)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 43, 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kumpens għal persuni li ġarrbu kundanni ta’ natura politika taħt ir-reġim Komunista – Dritt għal kumpens għad-dannu morali mġarrab – Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Limiti - Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea -Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tikkostitwixxix miżura ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 6(1) TUE; Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1)) (ara l-punti 28, 30-35 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunalul Argeş - Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikolu 8 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem - Kumpens għal persuni li ġarrbu kundanni ta’ natura politika taħt ir-reġim Komunista - Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tnaqqas id-dritt għal kumpens għad-dannu morali mġarrab.
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domandi preliminari, magħmula mit-Tribunalul Argeş (ir-Rumanija), permezz tad-deċiżjonijiet tal-4 ta’ April 2011 u tal-4 ta’ Lulju 2011.
Full & Egal Universal Law Academy