Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-491/11 P)
“Appell — Politika agrikola komuni — Xiri ta’ qamħirrun mill-aġenzija ta’ intervent tal-Ungerija — Ħażniet insuffiċjenti — Allegat ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi tagħha ta’ investigazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”
1. Appell — Aggravji — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 27, 28, 47)
2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 53)
3. Proċedura ġudizzjarja — Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 111, u 114(1) u (3)) (ara l-punti 57, 58)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni (T-451/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali r-rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għal offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ ta’ qamħirrun fil-pussess tal-aġenzija ta’ intervent Ungeriż.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Fuchshuber Agrarhandel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy