Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-497/11 P)
“Appell — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm operattiv li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999), ‘Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali’ fil-Greċja — Delega tal-obbligi awżiljarji mill-Kummissjoni lil terzi — Sigriet professjonali — Rata tal-korrezzjoni finanzjarja — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju”
1. Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 35, 36)
2. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 46)
3. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà manifesta (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 68)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-81/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8573, tal-15 ta’ Diċembru 2008, rigward it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inizjalment mogħtija favur programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (1994–1999), “Aċċessibbiltà u Toroq Prinċipali” fil-Greċja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy