Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ April 2012 — Fapricela vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑507/11 P(R))
“Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Dannu finanzjarju — Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Impossibbiltà li tinkiseb garanzija bankarja — Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 33-36, 41, 53-56)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Proċedura — Opportunità ta’ smigħ tal-partijiet — Opportunità li jiġu ammessi osservazzjonijiet jew dokumenti supplimentari wara t-tmiem tal-proċedura bil-miktub jew orali — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 39, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 105) (ara l-punti 49-51)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża u tal-azzjonisti tagħha — Neċessità li tiġi pprovduta, sa mill-istadju tat-tressiq tat-talba, informazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja tal-azzjonisti tal-impriża (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 67-69)
4. Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha — Aggravju ineffettiv (ara l-punt 72)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal‑15 ta’ Lulju 2011, Fapricela vs Il‑Kummissjoni (T‑398/10 R), li jiċħad it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, tat‑30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 — Azzar għall-prestressing), b’mod partikolari sa fejn hija timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja sabiex jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Fapricela — Indústria de Trefilaria SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy