Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012 — Levy u Sebbag
(Kawża C-540/11)
“Moviment liberu tal-kapital — Tassazzjoni diretta — Tassazzjoni ta’ dividendi — Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja — Emenda ulterjuri, minn wieħed miż-żewġ Stati partijiet għall-ftehim, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha l-effett li ddaħħal mill-ġdid taxxa doppja — Obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 10 KE u 293 KE”
1. Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Domanda preliminari identika għal domanda diġà deċiża — Applikazzjoni tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(3)) (ara l-punt 13)
2. Moviment liberu tal-kapital u libertà tal-ħlasijiet — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq id-dividendi — Konvenzjoni fiskali bilaterali ta’ ħelsien mit-taxxa doppja — Emenda ulterjuri minn wieħed mill-Istati Membri, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu sabiex jintroduċi mill-ġdid taxxa doppja — Ammissibbiltà — Miżuri preventivi tat-taxxa doppja li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri (Artikoli 10 KE, 56 KE u 293 KE) (ara l-punti 17-19, 21, 22, 26-29 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 57(2) u 293 tat-Trattat KE — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-taxxa doppja minkejja ftehim bilaterali dwar ħelsien minnha — Emenda leġiżlattiva nazzjonali magħmula wara li sar il-ftehim — Tqegħid inkwistjoni ta’ dritt miksub — Ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital.
Dispożittiv
Sa fejn il-miżura jew id-dritt Komunitarju, kif applikabbli fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, ma jeħtieġx kriterji ġenerali għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-eliminazzjoni ta’ taxxa doppja fil-Komunità Ewropea, l-Artikolu 56 KE, moqri flimkien mal-Artikoli 10 KE u 293 KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sitwazzjoni li fiha l-Stat Membru, li jobbliga ruħu, bi ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja li jistabbilixxi mekkaniżmu intiż li jelimina tali taxxa ta’ dividendi, sussegwentement ineħħi dan il-mekkaniżmu b’emenda leġiżlattiva li għandha l-effett li tintroduċi mill-ġdid taxxa doppja.
Full & Egal Universal Law Academy