Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-554/11 P)
“Appell — Aċċess għal dokumenti — Rifjut ta’ aċċess komplet għad-dokumenti marbuta mal-kuntratt LIEN 97-2011— Rikors għal annullament — Eżami ġdid fil-mori tal-kawża — Preżentata ta’ rikors għal annullament separat”
1. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 50 u 55) (ara l-punti 35-37)
2. Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq l-ispejjeż — Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-motivi l-oħra kollha (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 38, 39)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-141/05 RENV), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ordnat li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tar-rikorrenti intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-14 ta’ Frar 2005, li tiċħad it-talba tagħha għal aċċess għall-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97 2011 — Irregolaritajiet proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali — Nuqqas ta’ trattament ikkoordinat bejn il-Kawżi T-141/05 RENV u T-36/10 — Oneru u ammont tal-ispejjeż.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy