Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2012 — Gollnisch vs Il‑Parlament
(Kawża C‑569/11 P(R))
“Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Privileġġi u immunitajiet — Tneħħija tal-immunità ta’ membru tal-Parlament Ewropew — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza”
1. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 18, 19)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Twettiq tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti — Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punt 27)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta̕ Settembru 2011, Gollnisch vs Il‑Parlament (T‑346/11 R).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
B. Gollnisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy