Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2012 — Gollnisch vs Il-Parlament
(Kawża C-570/11 P(R))
“Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Privileġġi u immunitajiet — Tneħħija tal-immunità ta’ Membru tal-Parlament Ewropew — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Interess li tinkiseb sospensjoni”
Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Talba intiża li tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva negattiva — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonċerna rifjut ta’ talba għad-difiża tal-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu — Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent — Nuqqas ta’ interess ġuridiku (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 13-15)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tat-30 ta’ Settembru 2011, Gollnisch vs Il-Parlament (T‑347/11 R), li jiċħad it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni bħala inammissibbli.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
B. Gollnisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy