Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża C-581/11 P)
“Appell — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ksur ta’ drittijiet fundamentali u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Libaniża — Astensjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni milli jadottaw miżuri kontra r-Repubblika Libaniża — Rikors għad-danni — Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli”
1. Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Rikors ippreżentat mingħajr il-patroċinju ta’ avukat — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) u Artikolu 38(3)) (ara l-punt 36)
2. Appell — Aggravji — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 112(1)(c) u 119) (ara l-punti 42, 43, 54, 63, 72, 82)
3. Ftehim internazzjonali — Ftehim tal-Unjoni — Osservanza minn pajjiż terz tal-obbligi miftiehma — Kontroll mill-Kummissjoni tal-applikazzjoni korretta tal-ftehim (Artikolu 17(1) TUE) (ara l-punt 68)
4. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punt 75)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2011, Mugraby vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-292/09) li jiċħad, minn naħa, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż li jiġi kkonstatat li l-Kunsill u l-Kummissjoni naqsu illegalment milli jieħdu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrent dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fil-konfront tal-Libanu minħabba l-allegat ksur minn dan l-Istat tad-drittijiet fundamentali tiegħu u tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u r-Repubblika Libaniża, u li jiċħad, min-naħa l-oħra, rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent b’konsegwenza tan-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa ta’ dawn l-istituzzjonijiet Komunitarji.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
M. Mugraby huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy