Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2012 — Omnicare vs UASI
(Kawżi magħquda C-587/11 P-R u C-588/11 P-R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Appelli — Talbiet għal miżuri provviżorji — Trade mark Komunitarja”
Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova (Artikolu 279 TFUE) (ara l-punt 30)
Suġġett
Appelli mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tad-9 ta’ Settembru 2011, Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE) (T-289/09 u T-290/09), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi għal annullament ippreżentati mill-applikant għat-trade mark verbali “OMNICARE CLINICAL RESEARCH” u “OMICARE”, għal servizzi fil-klassi 42, kontra d-Deċiżjonijiet R 401/2008-4 u R 402/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Mejju 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali “OMNICARE”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Kunċett ta’ użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti — Trade mark użata għal servizzi pprovduti mingħajr ħlas
Dispożittiv
1)
It-talbiet għall-miżuri provviżorji huma miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy