Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-597/11 P)
“Appell — Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni — Ċaħda tal-offerta — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — Artikolu 89 — Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Artikoli 140 u 141 — Terminu sa meta jintlaqgħu l-offerti — Terminu għal-preżentazzjoni ta’ talbiet għal informazzjoni”
1. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Irregolarità tal-proċedura amministrattiva — Effetti — Annullament tad-deċiżjoni kkontestata — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89(1) u 98(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2343/2002, Artikoli 140(1) u (2) u 141(2)) (ara l-punt 21)
2. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51) (ara l-punti 30-34)
3. Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda (ara l-punt 36)
4. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 39-42)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-232/06), li tiċħad rikors li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2006, li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti “TAXUD/2005/AO-001” li tirrigwarda l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-appoġġ tas-sistemi tal-informatika doganali relatati ma’ proġetti tal-informatika tad-DG TAXUD (ĠU 2005, S 117-115222), kif ukoll id-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy