Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Ġunju 2012 — Schenker vs Cathay Pacific Airways u Il-Kummissjoni
(Kawża C-598/11 P(I))
“Appell — Intervent — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima”
Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima — Kunċett — Rekwiżit ta’ interess dirett u attwali — Tilwima dwar il-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata akkordju u li timponi multa — Assenza ta’ interess dirett tal-klijenti ta’ impriżi li jipparteċipaw fl-akkordju — Klijent li jista’ jitlob kumpens għad-danni kkawżati mill-akkordju — Klijent li ressaq talba għal aċċess għad-dokumenti tal-proċedura amministrattiva dwar l-akkordju — Nuqqas ta’ rilevanza (Artikolu 101 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 10, 12-16, 23-25)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2011, Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni (T-38/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għal intervent ta’ Schenker AG — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima — Tilwima dwar talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 — Trasport tal-merkanzija bl-ajru).
Diżpożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Schenker AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy