Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Land Wien vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-608/11 P)
“Appell — Enerġija nukleari — Estensjoni tal-impjant nukleari ta’ Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment — Rikors għal annullament — Rifjut tal-Kummissjoni li tittrażmetti d-dokumenti mitluba — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Rekwiżiti minimi ffissati fl-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà”
Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 24, 25)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-20 ta’ Settembru 2011, Land Wien vs Il-Kummissjoni (T-267/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellant intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Marzu 2010, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment tiegħu dwar il-proġett ta’ estensjoni tal-partijiet tlieta u erbgħa tal-impjant nukleari ta’ Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) u, min-naħa l-oħra, għall-konstatazzjoni tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni, skont l-Artikolu 265 TFUE, sa fejn id-dokumenti kollha mitluba relatati ma’ dan il-proġett ma ġewx trażmessi lill-appellant, bi ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331) — Ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kif ukoll tat-Trattat Euratom.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Land Wien huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy