Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — ara vs UASI
(Kawża C-611/11 P)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangulari — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti A — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
1. Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja — Ammissibbiltà (ara l-punt 35)
2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 41)
3. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punt 46)
4. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest ta’ appell — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51) (ara l-punt 58)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011, ara vs UASI — Allrounder (A b’żewġ motivi trijangulari) (T-174/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Jannar 2010, (Każ R 481/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ara u Allrounder — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Trade mark figurattiva A b’żewġ motivi trijangulari — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “A” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks — Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
ara AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy