16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/27
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Soukup vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-1/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Evalwazzjoni tal-eżami orali)
2013/C 46/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Zdenek Soukup (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment É. Boigelot u S. Woog, avukati, sussegwentement É Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)
Suġġett
Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/144/09 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva u d-deċiżjoni li tinkludi kandidat ieħor f’din il-lista, kif ukoll il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Z. Soukup għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 72, 05.03.11, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy