9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/30
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Diċembru 2012 — BW vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-2/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Uffiċjal bi prova - Nuqqas ta’ ħatra bħala uffiċjal permanenti fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Motivazzjoni tad-deċiżjoni li jitkeċċa l-impjegat taħt prova - Drittijiet tad-difiża)
2013/C 38/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BW (Brussel, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, S. Bonté u A. Blot, avukati, sussegwentement minn H. Soland, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u P. Pecho, aġenti, sussegwentement minn J. Baquero Cruz, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni sabiex jitkeċċa r-rikorrent fi tmiem tal-perijodu ta’ prova, kif ukoll il-kumpens għad-danni li arrekatlu din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BW hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 72, 05.03.2011, 36.
Full & Egal Universal Law Academy