22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/40
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — AV vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Riżerva medika - Applikazzjoni retroattiva tar-riżerva medika - Opinjoni tal-Kumitat tal-Invalidità)
2012/C 287/72
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AV (Cadrezzate, L-Italja) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li fil-konfront tar-rikorrent tiġi applikata r-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea u li ma jingħatax il-benefiċċju tal-allowance ta’ invalidità.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-12 ta’ April 2010 li biha l-Kummissjoni Ewropea applikat għal AV ir-riżerva medika imsemmija fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea hija annullata.
(2)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2010 hija annullata sa fejn din irrifjutat lil AV il-benefiċċju tal-allowance ta’ invalidità.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn AV.
(1) ĠU C 179, 18.06.2011, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy