16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/27
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — AX vs BĊE
(Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura dixxiplinarja - Sospensjoni ta’ membru tal-persunal mingħajr tnaqqis tas-salarju bażiku tiegħu - Irtirar ta’ deċiżjoni - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Motivazzjoni - Raġunijiet ta’ deċiżjoni - Allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligi professjonali - Nuqqas gravi)
2013/C 46/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AX (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: fil-Kawża F-7/11, P. Embley u E. Carlini, aġenti, B. Wägenbaur, avukat, u, fil-Kawża F-60/11, P. Embley u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u għall-kumpens għad-danni morali subiti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi fil-Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11 huma miċħuda.
(2)
AX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011, p. 33, u ĠU C 211, 16.07.2011, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy