16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 — Ghiba vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-10/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Kunċett ta’ servizzi marbuta mal-Kummissjoni)
2013/C 46/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dorina Maria Ghiba (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Servizz Pubbliku — Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Għażla COM/INT/EU2/10/AD5 u COM/INT/EU2/AST3 li jiċħdu l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti għar-raġuni li huma ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
D. M. Ghiba għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 95, 26.03.2011, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy