28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Bouillez et vs Il-Kunsill
(Kawża F-11/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Rifjut ta’ promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti ta’ uffiċjali fil-grupp ta’ funzjonijiet AST skont il-mixja tal-karriera tagħhom - Obbligu għal istituzzjoni li tħalli mhux applikata dispożizzjoni ta’ implementazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ivvizzjata b’illegalità)
2012/C 126/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vincent Bouillez et (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għal grad ogħla fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tar-rikorrenti.
(1) ĠU C 139, 07.05.2011, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy