16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/33
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013 — BO vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/11) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport marbuta ma’ kura medika - Spejjeż ta’ trasport għal raġunijiet lingwistiċi)
2013/C 79/54
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BO (Amman, il-Ġordan) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent għal ibnu, għal martu u għalih innifsu.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jirrifjutaw it-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport u ta’ akkumpanjament tat-tifel ta’ BO huma annullati.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn BO.
(1) ĠU C 186, 25.06.2011, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy