16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — BA vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-29/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/147/09 - Stabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi ta’ ċittadinanza Rumena - Konoxxenza approfondita tal-lingwa uffiċjali tar-Rumanija - Minorità li titkellem l-Ungeriż fir-Rumanija - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Portata)
2013/C 46/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BA (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati]
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li ma taċċettatx lir-rikorrent għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BA għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 173, 11.06.11, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy