12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/27
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2012 — BD vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunflitt ta’ interess - Rabta ta’ fiduċja - Artikolu 12b tar-Regolamenti tal-Persunal - Attività esterna - Preżunzjoni tal-innoċenza)
2012/C 138/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BD (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġix estiż wara li jiskadi u, b’hekk, ir-reintegrazzjoni tiegħu fil-kariga mill-1 ta’ Novembru 2010.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BD għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 179. 18.06.2011, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy