28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Mocová vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-41/11) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Setgħa diskrezzjonali - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika l-ġdida fil-qasam ta’ reklutaġġ u ta’ impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF - Tul massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju)
2012/C 227/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dana Mocová (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-estensjoni tal-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy