16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Annullament ta’ deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni - Eżekuzzjoni ta’ res judicata - Prinċipju ta’ legalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid proċedura ta’ kompetizzjoni ġenerali)
2013/C 46/54
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
S. Honnefelder għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha stess.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn S. Honnefelder.
(1) ĠU C 183, 25.06.2011, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy