8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/88
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – Nicola vs BEI
(Kawża F-45/11) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni 2009 - Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Rifjut ta’ promozzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 048/97)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2009 sa fejn ma jagħtihx il-marka A jew B+ u ma jipproponihx għal promozzjoni għall-funzjoni D.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-22 ta’ Settembru 2010 hija annullata.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2009, tad-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ promozzjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 u tal-“atti kollha relatati, konsekuttivi u preċedenti”.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011, p. 35.
Full & Egal Universal Law Academy