23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/21
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2012 — Buxton vs Il-Parlament
(Kawża F-50/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allokazzjoni ta’ punti ta’ mertu - Rapport ta’ evalwazzjoni - Xogħol part-time - Trattament ugwali)
2012/C 184/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dawn Cheryl Buxton (Lussemburgu, il-Lussemburgu), (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u N. B. Rasmussen, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li biha tagħti lir-rikorrenti punt wieħed ta’ mertu biss għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2009.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
D. Buxton għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 186, 25.06.11, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy