22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/33
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014 – Carlo De Nicola vs BEI
(Kawża F-52/11) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Rapport tal-kumitat ta’ investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jintlaqax l-ilment - Annullament - Rikors għal kumpens))
(2014/C 462/47)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: BEI (rappreżentanti: T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, it-talba għal annullament ta’ ittra tal-President tal-Bank li tiddikjara li, wara d-deċiżjoni tal-Panel li jiġi miċħud l-ilment għal fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent, ma kienet meħtieġa ebda azzjoni, kif ukoll ta’ deċiżjonijiet oħra dwar l-investigazzjoni minħabba fastidju psikoloġiku. Min-naħa l-oħra, it-talba sabiex jiġi ddikjarat li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010 li permezz tagħha l-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment ċaħad l-ilment minħabba fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.
2)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil C. De Nicola l-ammont ta’ EUR 3 000.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011, p. 37
Full & Egal Universal Law Academy