3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/84
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ April 2013 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Tniżżil fil-grad)
2013/C 225/192
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuq ir-rikorrent is-sanzjoni li jitniżżel b’żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Lebedef għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 226, 30.7.2011, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy