16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/29
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Eklund vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-57/11) (1)
(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Offerta ta’ xogħol proposta lil persuna inkluża fuq lista ta’ riżerva - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali miksuba wara d-diploma - Kompetenza rispettiva tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xogħol - Irtirar tal-offerta ta’ xogħol)
2013/C 46/56
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Gustav Eklund (Taino, l-Italja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers, A. Aresu u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers u G. Gattinara, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-offerta ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ Ċentru Komuni ta’ Riċerka bħala assistent tekniku, u li tirtira din l offerta kif ukoll talba għal kumpens għad-danni u l-interessi.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Eklund għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 211, 16.07.2011, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy