28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Macchia vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-63/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni - Dmir ta’ premura - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika ġdida fil-qasam tar-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF - Żmien massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju)
2012/C 227/60
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luigi Macchia (Woluwé-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rogrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali li qed jaġixxi bħala l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tat-12 ta’ Awwissu 2010, li tiċħad it-talba biex jiġi estiż il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Luigi Macchia, hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(1) ĠU C 226, 30.7.2011, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy