3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/84
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2013 — McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-86/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni tal-invalidità - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut li jiġi rrikonoxxut li l-invalidità kienet ikkaġunata mix-xogħol)
2013/C 225/193
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Robert McCoy (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi li l-invalidità mġarrba mir-rikorrenti fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal kienet ikkaġunata mix-xogħol.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea, tal-10 ta’ Settembru 2010, li tirrifjuta li tirrikonoxxi li l-marda li minnha tirriżulta l-invalidità ta’ R. McCoy fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal kienet ikkaġunata mix-xogħol, hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż imġarrba minn R. McCoy.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy