3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/84
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ April 2013 — BX vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Kompetizzjoni EPSO/AD/148/09 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva)
2013/C 225/194
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BX (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Rata, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/148/09-RO-Amministratur (AD 5).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy