31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — Goetz vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-89/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inkjesta tal-OLAF - Inkjesta amministrattiva - Proċeduri dixxiplinarji quddiem il-Bord tad-Dixxiplina - Obbligu fuq l-amministrazzjoni li taġixxi b’diliġenza - Tul tal-proċedura dixxiplinarja - Responsabbiltà għall-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinarji li ntemmu mingħajr ma ġiet imposta sanzjoni)
2013/C 252/73
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Charles Dieter Goetz (Linkebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst u A.-A. Minet, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles, bħala aġent, assistit minn B. Cambier, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, intiża li jinkiseb kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u dixxiplinarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
C.D. Goetz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy