25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/32
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — Taghani vs Il-Kommissjoni
(Kawża F-93/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Rimedji ġudizzjarji - Rikors ġurisdizzjonali ppreżentat mingħajr stennija għad-deċiżjoni dwar l-ilment - Ammissibbiltà - Bdil fl-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru t-testijiet ta’ ammissjoni - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali)
2013/C 147/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jamal Taghani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kommissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji (AST 1) li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10, tal-15 ta’ Ġunju 2011, li ma taċċettax li J. Taghani jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tagħti lil J. Taghani EUR 1 000.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011, p. 46
Full & Egal Universal Law Academy