4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/30
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — Brune vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-94/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Annullament ta’ deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Eżekuzzjoni ta’ res judicata - Prinċipju ta’ legalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità kontra d-deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ kompetizzjoni)
2013/C 129/55
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Markus Brune (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 u li tistieden lir-rikorrent għal eżami orali ġdid u għall-annullament tad-deċiżjoni li eskludietu mill-imsemmija kompetizzjoni minħabba li naqas milli jidher għall-eżami.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
M. Brune għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea
(1) ĠU C 355, 03.12.2011, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy