16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/30
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Vienna vs Il-Parlament
(Kawża F-97/11) (1)
(Servizz pubbliku - Skema ta’ ħlas - Allowances tal-familji - Allowance tad-dar - Tmiem tad-dritt tal-allowance tad-dar - Xoljiment taż-żwieġ)
2013/C 46/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Vienne (Moutfort, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament fir-rigward tad-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għat-tneħħija tal-allowance tad-dar wara deċiżjoni ċivili li ddikjarat id-divorzju tar rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
P. Vienne għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 347, 26.11.11, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy