16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/30
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 — Mileva vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-101/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/188/10 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla - Membri permanenti jew mhux permanenti)
2013/C 46/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tzena Mileva (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Boigelot, avukat, sussegwentement minn G. Generet, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 — INTERPRETI għall-BULGARU (BG), li r-rikorrenti ma titniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u t-talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
T. Mileva għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 6, 07.01.2012, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy