28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/37
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Davids vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-105/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Membru tal-persunal temporanju li jokkupa pożizzjoni permanenti - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika ġdida fil-qasam tar-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF - Żmien massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju - Abbuż ta’ dritt)
2012/C 227/61
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Hans Davids (Doorn, il-Pajjiżi l-Baxxi), (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal proroga tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 6, 7.1.2012, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy