31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/44
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE
(Kawża F-106/11) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Twissija bil-miktub)
2013/C 252/74
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BM (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, aġenti, sussegwentement M. López Torres u E. Carlini, aġenti u assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni tal-BĊE li tingħata twissija lir-rikorrenti.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
BM għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012, p. 68.
Full & Egal Universal Law Academy