9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/31
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Lebedef et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Renumerazzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 38/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Lebedef et (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Diċembru 2010 u r-rendikonti tar-remunerazzjoni tax-xhur sussegwenti sa fejn dawn ma jinkludux il-korrezzjoni tal-aġġustament tar-remunerazzjonijiet fid-dawl tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni li japplika għall-post fejn ġew assenjati.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Lebedef, T. Jones, J. Gonzales Gonzales u M. Lebedef-Caponi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li huwa parti intervenjenti, għandu jbatu l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 6, 07.01.2012, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy