3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/85
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Vacca vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-116/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Test ta’ aċċess - Newtralizzazzjoni ta’ domandi - Informazzjoni lill-kandidati)
2013/C 225/195
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Annalisa Vacca (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx aċċettata għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.
Dispożittiv
(1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Vacca s-somma ta’ EUR 500.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn A. Vacca.
(4)
A. Vacca għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 25, 28.1.2013, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy